Jane Austen | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Jane Austen |
Twelid | Steventon (en) , 16 Diċembru 1775, 1775 |
Nazzjonalità |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda Gran Brittanja |
L-ewwel lingwa | Ingliż |
Mewt | Winchester, 18 Lulju 1817 |
Post tad-dfin | Winchester Cathedral (en) |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (marda ta' Addison) |
Familja | |
Missier | George Austen |
Omm | Cassandra Austen |
Konjuga/i | Not married |
Aħwa | |
Tribù | Jane Austen's family and ancestry (en) |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Bournemouth University (en) Reading Abbey Girls' School (en) (1785 - 1786) |
Lingwi | Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kittieb novellist rumanzier |
Post tax-xogħol | Ingilterra |
Xogħlijiet importanti |
Pride and Prejudice (en) Emma (en) Persuasion (en) Sense and Sensibility (en) Mansfield Park (en) Northanger Abbey (en) |
Moviment | realiżmu |
Moviment artistiku |
rumanz romantiku letteratura Gotika |
Jane Austen (16 ta’ Diċembru 1775 – 18 ta’ Lulju 1817) kienet rumanziera Ingliża magħrufa primarjament għas-sitt rumanzi ewlenin tagħha, li fihom tinterpreta, tikkritika, u tikkummenta dwar il-klassi soċjali Brittanika tas-sidien tal-art fl-aħħar tas-seklu 18. In-nisġiet fl-istejjer ta’ Austen ta’ spiss jistħarrġu d-dipendenza tal-mara fuq iż-żwieġ għal sigurtà ekonomika u pożizzjoni soċjali aħjar. Ix-xogħlijiet tagħha jikkritikaw ir-rumanzi sentimentali tat-tieni nofs tas-seklu 18 u jimmarkaw it-tranżizzjoni lejn ir-realiżmu letterarju tas-seklu 19.[1][2] Bl-elementi tar-realiżmu, il-kummentarju soċjali, u l-ironija niggieża tagħha, Austen kisbet rikonoxximent fost il-kritiċi u l-istudjużi.
Bir-rumanzi Sense and Sensibility (1811), Pride and Prejudice (1813), Mansfield Park (1814), u Emma (1815), li ġew ippubblikati anonimament, kisbet suċċess modest iżda ftit fama tul għomorha. Fl-1818, Austen kitbet żewġ rumanzi oħra: Northanger Abbey u Persuasion, li t-tnejn ġew ippubblikati wara mewtha. Ħalliet warajha wkoll tliet manuskritti miktuba f’żogħżitha, ir-rumanz qasir epistolari Lady Susan, u ż-żewġ rumanzi mhux mitmuma Sanditon u The Watsons.
Austen kisbet ir-rikonoxximent wara mewtha. Minn dak iż-żmien ’il hawn is-sitt rumanzi sħaħ tagħha rari ma ġewx stampati. Tranżizzjoni sinifikanti għar-reputazzjoni tagħha seħħet fl-1833, meta r-rumanzi tagħha ġew ippubblikati mill-ġdid fis-serje Standard Novels ta’ Richard Bentley, illustrati minn Ferdinand Pickering, u mibjugħa bħala sett. Dawn ir-rumanzi ġew gradwalment milqugħa u mfaħħra minn bosta. Fl-1869, tnejn u ħamsin sena wara mewtha, il-bijografija miktuba min-neputi tagħha, A Memoir of Jane Austen, introduċiet lemħa ġdida fuq kitbietha u ħajjitha. Austen ispirat numru kbir ta’ kitbiet kritiċi u antoloġiji letterarji. Ħafna mir-rumanzi tagħha ġew addattati għaċ-ċinema, fosthom Pride and Prejudice tal-1940, Sense and Sensibility tal-1995 u Love & Friendship tal-2016.
Bħal ħafna awturi nisa ta’ dak iż-żmien, Austen ippubblikat il-kotba tagħha anonimament.[3] Dak iż-żmien, l-irwoli ideali għan-nisa kienu ta’ mara jew omm. Il-kitba għan-nisa kienet meqjusa bħala attivita’ sekondarja. Dak iż-żmien mara li xtaqet tkun kittieba kienet meqjusa li qed tonqos mill-femminilità tagħha, u għalhekk il-kotba miktuba min-nisa, ġeneralment kienu jiġu ppubblikati anonimament.